|
ta' Nora Macelli |
|
|---|---|
![]() |
Ktieb ġdid ta' novelli bil-Malti! Ir-Regettier u l-Mużew tal-Klassi ta' Nora Macelli
2009 Għadu kif ħareġ! Ikseb il-kopja tiegħek issa mill-ħwienet kollha tal-kotba .
X'fih? ara hawn. ISBN: 978-99932-0-779-5 |
L-Irġiel tal-Garaxxijiet u stejjer oħra ta' Nora Macelli Xi stejjer huma? Ara hawn.
ISBN-13: 978-99932-0-468-8 ISBN-10: 99932-0-468-4 |
|
Ikkuntattja l-Awtriċi fuq |
|
Ir-Regettier u l-Mużew tal-Klassi
Għaż-żagħżugħ Darren il-ferħ ma jeżistix. Għalliem jisfidah jagħmel proġett fuq dan ħalli jiskopri jekk hemmx lok għal ferħ f'ħajjet ħaddieħor. Ir-rota ta' Darren tieħdu f'bosta direzzjonijiet. Mingħand bidwi, żewġ anzjani, patri żagħżugħ u oħrajn, Darren beda jifhem dak li forsi ftit jaslu biex jifhmu. ( Il-Proġett ta' Darren ) Tasal Samara biex tinterpreta ħolma bl-għajnuna ta' professjonist? Tgħid kapaċi tasal s'hemm ġew nett? ( Il-Ħolma ) Melissa tinsab f'pajjiż imbiegħed u tibgħat sensiela ta' emails li flok ma jserrħu moħħ ommha u missierha jimlewlhom rashom u jkidduhom. Kull email aqwa minn ta' qabilha. Qed tesaġera? ( Bulettin tal-Aħbarijiet minn Barra ) F'razzett imkennen taħt is-Santwarju ta' Pinu fl-Għasri, Għawdex, is-Sinjura Melin issib is-serħan il-moħħ mixtieq. Hemm toħlom ħolm tassew stramb. Qatt ma basret safejn tista' twasslek ħolma. ( Il-Lotterija ) Filwaqt li l-Prinċipal u Alison kienu qed jaħdmu id f'id biex iwittu t-triq għal bidliet meħtieġa fid-Dipartiment, xi ħadd jisraq kwadru tal-magħruf pittur Bellanti. U hemmhekk beda l-għawġ. ( Fis-Servizz Pubbliku ) Pinu r-regettier jiġi mistieden minn għalliema biex jiltaqa' mat-tfal tal-klassi tagħha. Flok ma jmur quddiem il-klassi biex ipaċpaċ fuqu nnifsu , Pinu jagħżel li jagħmel xi ħaġa li ħadd ma stennieha. ( Ir-Regettier u l-Mużew tal-Klassi ) Disinn tal-qoxra: Tony Macelli (imagine@maltanet.net)
|
|
L-Irġiel tal-Garaxxijiet u Stejjer Ohra
X'fettillu l-Isbrixx jikri l-garaxxijiet tiegħu għal użu li mhuwiex ta' garaxx?( L-Irġiel tal-garaxxijiet) Għal Lena kien importanti li tqatta' ftit jiem weħidha l-Kalkara qabel tiżżwweġ.( Iva, irrid) Mario kien miexi mitluf fi ħsibijiet suwed. Il-karozza ta' Julia ma rahiex ġejja. ( Epifanija) Elena kienet inħatfet. Iżda wara li nħelset...( Żgombru) Ħafna konsumaturi kienu diżgustati. Waħda minnhom kellha idea...( Premji għall-ilmenti) Tfajla u ommha jixtru dar antika. Kienu qed ifittxu l-wens.( Iċ-ċirku jingħalaq mill-kamra tas-sellum)
Disinn tal-qoxra: Tony Macelli |
|
| Mur fuq nett | Tags: novelli, novelli, Maltija, "Maltese author" Maltese books, Maltese, bil-Malti, Nora, Macelli "short story" "short stories" Regettier, Mużew, Garaxxijiet, rġiel |